Lokali

Twissija dwar prodott tal-ħalib tat-trabi

L-Awtorità għas-sigurtà tal-ikel, qed tinforma lill-pubbliku sabiex jevita milli jikkonsma l-ħalib tat-trabi tad-ditta ‘Aptamil’ minħabba l-possibbiltà tal-preżenza tat-tossina cereulide’, li tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.

‘Cereulide’ hija tossina prodotta minn ċerti tipi ta’ ‘Bacillus cereus’. ‘Cereulide’ hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x’aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda waqt it-tisjir, bl-użu ta’ ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista’ twassal malajr għal sintomi ta’ avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq.