Lokali Qorti

Żewġ persuni mhux ħatja ta’ serq minn supermarket

Il-Qorti tal-Maġistrat illiberat żewġ persuni minn akkużi ta’ serq aggravat b’rabta mal-Lidl ta’ San Ġwann.

Il-każ imur lura għas-sena 2012 meta Andrea Buzza ta’ 35 sena u Sandro Vella ta’ 46 sena kienu tressqu l-Qorti akkużati b’serq ta’ prodotti minn stabbiliment f’San Ġwann li b’kollox laħqu l-valur ta’ madwar €143,412.

Mis-sentenza irriżulta li l-investigazzjoni bdiet wara li nstabu xi oġġetti neqsin fis-supermarket. Diversi xhieda li tressqu mill-prosekuzzjoni żvelaw kif minn diversi ħwienet u postijiet oħrajn inġabru oġġetti li jappartjenu l-istabbiliment ta’ fejn saret l-allegat serqa.

Fis-sentenza ingħad li ma ħarġet ebda prova ċara u diretta li tqiegħed lill-imputati bħala responsabbli għas-serq jew għar-riċetazzjoni.

Għalhekk, il-Qorti illiberat lil Andrea Buzza u lil Sandro Vella minn kull ħtija u piena wara li ma sabithomx ħatja tal-azzjonijiet tagħhom.