Internazzjonali

Brittaniku jinżamm arrestat f’Dubaj wara li ġibed filmat ta’ attakk bil-missili

Raġel Brittaniku spiċċa arrestat wara li ffilmja attakki bil-missili ballistiċi f’Dubai hekk kif qed ikun akkużat b’reat ċibernetiku.

It-turist, li kien Dubai fuq btala u li għandu 60 sena, qed ikun akużat li xerred materjal li seta’ ddisturba s-sigurtà pubblika, u qed jinżamm arrestat. Fil-fatt, għaddejja ħidma sabiex il-Gvern Ingliż jitkellem mal-Gvern ta’ Dubai.

Il-piena ta’ dan ir-reat iġġorr magħha multa ta’ 54,000 sterlina u anke sentejn ħabs effettivi.

L-Avukat Ġenerali ta’ Dubai qed jappella sabiex turisti u residenti ta’ Dubai jevitaw milli jiġbdu filmati ta’ dan it-tip sabiex jevitaw li jinħoloq paniku. Sa issa, f’attakki f’Dubai tilfu ħajjithom 6 persuni filwaqt li 141 persuna sfat feruta.