Lokali

Ħal Qormi jsellem lil Sandro Grech

Kmieni dalgħodu, fil-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, ingħatat l-aħħar tislima lill-uffiċjal tal-Pulizija Sandro Grech – il-missier li miet f’Beijing waqt li kien fil-proċess biex ikompli l-kura kontra l-kanċer li kellu fid-demm.

Fi knisja ippakjata bin-nies, il-komunità sellmet lil Sandro li kien raġel maħbub minn kulħadd.

Preżenti kien hemm il-mara tiegħu, it-tfal kif ukoll ħutu u l-ġenituri.

Preżenti wkoll il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello, il-Prim Ministru u deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.