Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Mark Ferris.
Mark serva fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid bħala Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista bejn l-2010 u l-2012 u fil-passat kien attiv fil-Kumitat PN Paola.
Is-sens qawwi ta’ servizz u mħabba lejn il-komunità u lejn raħal twelidu kien qawwi ħafna fih.
Mark kien ukoll involut fiż-żewġ parroċċi ta’ Raħal Ġdid. Hu serva bħala Segretarju tas-Soċjetà Filarmonika 11 ta’ Frar Banda Paola fil-Paroċċa ta’ Lourdes u kien involut ukoll fil-Paroċċa ta’ Kristu Re fost l-oħrajn fl-organizzazzjoni tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Partit Nazzjonalista jgħati l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.
//= $special ?>

