“Meta ż-żgħażagħ joħorġu b’ideat u proġetti tajbin ikunu qed ifasslu l-futur ta’ pajjiżna li aħna mbagħad ngħaqduhom mal-proposti politiċi tagħna.”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, meta żar l-inizjattiva Market Place 2026 organizzata minn JA Malta Foundation.
Dan l-avveniment ġab flimkien ‘il fuq minn 150 student minn madwar 32 tim differenti, li matul sena skolastika sħiħa ħadmu fuq prodotti vasti permezz ta’ għarfien li kisbu minn tagħlim imprenditorjali. Liema opportunita ngħatat liill-istudenti li jattendu skejjel tas-sixth form differenti, sabiex ibigħu lill-pubbliku il-prodotti li jkunu ħadmu fuqhom u li jvarjaw minn dawk diġitali, karti tal-logħob, ħwejjeġ, souveniers, għal dawk eco-friendly.




Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione flimkien ma’ delegazzjoni tal-PN, daru l-istands differenti li ttellgħu mill-istudenti fejn setgħu isegwu mill-qrib il-prodotti finali u l-ħsieb warajhom.
F’kummenti lil NET News, Alex Perici Calascione faħħar l-impenn u d-dedikazzjoni tal-istudenti u qal kif dawn il-prodotti kollha issawwru frott l-intelliġenza, l-entużjażmu u l-ispirtu ta’ imprendituri taż-żgħażagħ li jibdew minn eta żgħira.
Għal din iż-żjara, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione kien akkumpanjat mit-Teżorier tal-PN Veronica Perici Calscione, mix-Shadow Ministers, Bernice Bonello u Jerome Caruana Cilia u l-kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista, Marilena Gauci.
//= $special ?>

