Internazzjonali

L-awtoritajiet f’Arizona jidentifikaw l-mottiv wara l-ħtif tal-anzjana Nancy Guthrie

L-investigaturi fil-każ tal-għejbien ta’ Nancy Guthrie, omm il-preżentatriċi Amerikana Savannah Guthrie jemmnu li jafu l-mottiv wara l-ħtif ta’ din l-anzjana.

Ix-Sheriff ta’ Pima spjega mal-istazzjonijiet tal-aħbarijiet lokali illi l-Pulizija jafu r-raġuni wara l-ħtif ta’ Guthrie li għandha 84 u li nħatfet mid-dar tagħha lura fl-ewwel ta’ Frar ta’ din is-sena f’Arizona. Iżda minkejja dan, huma għadhom ma ddentifikaw l-ebda suspettat.

L-invetigazzjonijiet estensivi mill-Pulizija żvelaw numru ta’ ittri mill-allegati persuni li ħatfu lil Guthrie u li jitolbu għal miljuni ta’ dollari, evidenza DNA u anke numru ta’ dettalji oħra.

Nancy Guthrie, li għandha 84 sena, inħatfet fl-1 ta’ Frar tal-2026 mid-dar privata tagħha f’Arizona u cioè issa ilha aktar minn 40 ġurnata tiġi mfittxija. Sa issa, il-Pulizija ma għandhiex ħjiel dwar min seta’ wettaq il-ħtif ta’ din l-anzjana. Il-każ, qajjem interess fil-pubbliku minħabba li t-tifla tagħha Savannah, hija waħda mill-aktar preżentatriċi rinomati fl-Istati Uniti.