Internazzjonali

Meta qed tippjana sensiela ta’ tkeċċijiet hekk kif żdiedu l-ispejjeż tal-AI

Il-kumpanija Meta Platforms qed tippjana tkeċċijiet kbar li jistgħu jaffettwaw sa 20% jew aktar mill-impjegati tagħha.

Dan ġie żvelat minn sorsi li tkellmu mal-Aġenzija Reuters.

S’issa ma ġietx stabbilita data uffiċjali u lanqas l-ammont eżatt ta’ sensji.

Jekk iseħħ tnaqqis ta’ madwar 20% tal-impjegati, dan ikun l-akbar ammont ta’ tkeċċijiet minn meta Meta irreġistrat riżultati ta’ suċċess bejn l-2022 u l-2023.

Il-Kap Eżekuttiv Mark Zuckerberg ilu jimbotta lill-kumpanja biex tinvesti b’mod qawwi fl-AI, inkluż pjan li jinvestu sa $600 biljun f’ċentri tad-data sal-2028 u li jattiraw riċerkaturi ewlenin fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali. B’hekk Zuckerberg qed jaħseb aktar biex jinvesti fl-AI milli fir-riżorsi umani.