Internazzjonali

Splużjoni fi skola tal-Lhud f’Amsterdam

ritratt: skynews

L-iskejjel tal-Lhud madwar il-Belġju u l-pajjiżi tal-madwar qed jiġu ssorveljati mill-qrib hekk kif fl-aħħar jiem seħħew numru ta’ splużjonijiet fuq diversi sinagogi.

Fil-fatt l-aħħar inċident kien dak li seħħ kmieni s-Sibt filgħodu f’Amsterdam, meta seħħet splużjoni fi skola tal-Lhud.

Fortunatament, jidher illi ma weġġa’ ħadd f’din l-isplużjoni, bil-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ u jevlwaw CCTV footage li juri persuna twettaq din l-isplużjoni.