David Borg ikklassifika fl-44 post fil-FISU World University Championship Cross Country, li saret f’Cassino.
David Borg irrappreżenta l-MUSA u l-Universita ta’ Malta u kkompeta fl-individual Long Race tal-irġiel. Huwa klassifika fl-44 post fi 32 minuta u 24 sekonda. F’din il-kompetizzjoni pparteċipaw aktar minn mitt atleta universitarji minn madwar id-dinja – b’kompetituri li jirrappreżentaw universitajiet u delegazzjonijiet nazzjonali mill-Ewropa, l-Asja, Afrika u l-Amerika.
L-Assoċjazzjoni tal-Isport tal-Università ta’ Malta awgurat lil Borg għall-impenn u
d-determinazzjoni tiegħu matul il-kompetizzjoni.


