Lokali

Draw kumbattut bejn Żabbar SP u Tarxien Rainbows

TARXIEN RAINBOWS………….1

ŻABBAR ST.PATRICKS………….1

Żabbar Saint Patrick kisbu punt importanti kontra Tarxien Rainbows fi draw ta’ 1-1 f’konfront dirett fiż-żona tar-relegazzjoni. B’dan ir-riżultat Tarxien baqgħu fil-11-il post, erba’ punti taħt Żabbar li jinsabu fl-10 post.

Fl-ewwel taqsima Żabbar kienu viċin li jiftħu l-iskor meta Ayom Mayok sab ruħu waħdu quddiem il-lasti iżda x-xutt tiegħu mar barra. Aktar tard, minn korner, plejer ta’ Żabbar saħansitra laqat il-mimduda, iżda l-iskor baqa’ 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima Tarxien marru fil-vantaġġ fil-53 minuta meta Manyluak Aguek tefa’ kross mil-lemin u Patrick Schmidt skorja b’daqqa ta’ ras. Madankollu fil-ħin miżjud Żabbar kisbu d-draw permezz tas-sostitut Mario Fontanella li b’konklużjoni sabiħa għeleb lill-goalkeeper ta’ Tarxien.

Plejer tal-Logħba: Patrick Schmidt (Tarxien R.)

Referee: Vladimir Rizoski