Kenneth Vella
It-tnax u t-tlettax -il laqgħa tal-istaġun li saru fi tmiem il-ġimgħa fil-korsa tal-Marsa taw il-bidu għall-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier. Dan permezz ta’ sitt heats fuq distanza twila ta’ 2640 metru u li minnhom 24 żiemel għaddew għas-semifinali. It-Tazza l-Kbira qiegħed tiġi organizzata bl-għajnuna ta’ Bank Of Valletta.
Fl-ewwel heat Premier, kien il-favorit Taljan DJ Spritz, li taħt il-gwida tal-professjonali Taljan Christian Fiore, ħa l-ħames rebħa nfila u f’Malta. Dan wara li kien il-ħin kollu quddiem. Simili kienet it-tieni heat bid-debuttant Franċiż Hudo Du Ruel (Rodney Gatt) jiddomina tul id-distanza u jtemm rebbieħ b’vantaġġ ta’ erba’ tulijiet u jwettaq medja rekord nazzjonali ġdida ta’ 1.12.4” fuq distanza twila.
Fit-tielet heat, Forbach (Redent Magro) ħa t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta wara li ħaffef il-pass fl-aħħar 500 metru. It-Taljan Al Capone Stecca (Clayton Galea) ħa l-ewwel rebħa tas-sena fir-raba’ heat Premier u wara li kellu sprint qawwi fid-dritta finali. Għal Galea din kienet l-ewwel rebħa fil-karriera.
Fil-ħames heat, Gold Dairpet (Marco Refalo) li kien għal ħafna ħin quddiem ċeda kollox fl-aħħar meta nqabeż minn Galba Ringeat (Joe Schembri), Isocrate D’Ela (Cherise Farrugia) u Gibaldi De Houelle (Rodney Gatt). Għaż-żiemel ta’ Schembri din kienet l-ewwel rebħa f’Malta. Finalment fis-sitt u l-aħħar heat Premier id-Daniż In My Way Damgard (Paul Galea) ħa t-tielet rebħa nfila wara li mitt metru mit-tmiem ssorprenda lil kulħadd b’attakk fuq in-naħħa ta’ ġewwa.
Ir-rebbieħa kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m 1. Jenna Du Val D’Or (F. Mallia) Ħin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Mareenasin (B. Camilleri) 3. Eald Breed (N. Baldacchino) 4. M.T. Nosler (J. Carabott)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Crazy Boy (L. Zammit) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Imperial Du Stade (N. Azzopardi) 3. Invite De Star (D. Debono) 4. Hodosis (R. Cassar)
III Tiġrija. Semifinali Kampjonat PhoneRefix. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Jewel Meslois (R. Magro) Ħin – 2.37.7” (1.13.7”) 2. Bakerman (N. Baldacchino) 3. Hall Black Dream (P. Galea) 4. Mojo Express (R. Gatt)
IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat PhoneRefix. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Harcange (P. Galea) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. Onas Sabina (M. Debono) 3. Doudou de Bouere (J. C. Pace) 4. Invincible De Bry (N. Baldacchino)
V Tiġrija. Semifinali Kampjonat PhoneRefix. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Hulk De La Vallee (L. Frendo) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Denco’s Ozzy O (R. Gatt) 3. Comand (R. Magro) 4. Mountainous (M. Bonnici)
VI Tiġrija. Semifinali Kampjonat PhoneRefix. Klassi Silver. Dist – 2140m 1. Pure Joy (Cherise Farrugia) Ħin – 2.39.9” (1.14.7”) 2. Dats Trixi (R. Gatt) 3. Envol The Best (N. Baldacchino) 4. Serious Sam (C. Gauci)
VII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. DJ Spritz (Ch. Fiore – ITA) Ħin – 3.16.2” (1.14.3”) 2. Forban (Cherise Farrugia) 3. Galago Du Cadran (P. Galea) 4. Give Me (L. Ghigo)
VIII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Hudo Du Ruel (R. Gatt) Ħin – 3.11.1” (1.12.4”) 2. Cash Bank Bigi (P. Galea) 3. Ginkgo Thelois (C. Vassallo) 4. Eldorado De Ver (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. First Black (A. Grech) Ħin – 2.38” (1.13.8”) 2. Hani Bird (D. Baldacchino) 3. Across The World (M. Farrugia) 4. Caprice De Cosse (C. Caruana)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Liane Du Choquel (Cherise Farrugia) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Invictus Boy (J. Gafa’) 3. Illassa (M. Cauchi) 4. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hilodor (R. Gatt) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Jenny D’Eurvad (P. Galea) 3. Kaporal Vert (N. Azzopardi) 4. Goelo Du Pilet (Ch. Vassallo)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Kamila Des Monts (Cherise Farrugia) Ħin – 2.39.2” (1.14.4”) 2. Inca Des Champs (R. Gatt) 3. Embrace IT (P. Galea) 4. Green Pop (J. Pace)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Formi (J. Schembri) Ħin – 2.40.4” (1.14.8”) 2. Hibou D’Erpion (C. Vassallo) 3. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri) 4. Cinik D’Aghi (M. Mc Kay)
V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Emissoro (R. Schembri) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Everest Dodville (K. Grima) 3. Genie Du Pin (J. Carabott) 4. Luan Amor V.S. (Ch. Camilleri)
VI Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Forbach (R. Magro) Ħin – 3.13” (1.13.1”) 2. Gaucho De Houelle (D. Debono) 3. Gasolin (N. Baldacchino) 4. Fee Lucernaise (S. Vella)
VII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Al Capone Stecca (C. Galea) Ħin – 3.14.5” (1.13.7”) 2. Rampant (Cherise Farrugia) 3. Ghostbuster (R. Gatt) 4. Akela Play (Ch. Degiorgio)
VIII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Galba Ringeat (J. Schembri) Ħin – 3.21.5” (1.13.8”) 2. Isocrate D’Ela (Cherise Farrugia) 3. Gibaldi De Houelle (R. Gatt) 4. Gold Dairpet (M. Refalo)
IX Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. In My Way Damgard (P. Galea) Ħin – 3.18.3” (1.15.1”) 2. Gardon (L. Ghigo) 3. Gaspar D’Angis (Ch. Camilleri) 4. Rally Inge (J.J. Farrugia)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. If De Freca (R. Gatt) Ħin – 2.42.6” (1.14.9”) 2. Haston Atout (C. Calleja) 3. Hidalgo Boy (D. Baldacchino) 4. Holdem Poker (P. Spiteri)
//= $special ?>

