“Il-Partit Nazzjonalista joffri politika li tissarraf f’miżuri li jtejbu l-ħajja tan-nies” – dan saħqitu x-Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva Paula Mifsud Bonnici hekk kif insistiet li gvern ġdid Nazzjonalista se jkun ta’ spalla mal-persuni vulnerabbli fis-soċjetà.
Hekk kif indirizzat l-attività tal-Ħadd fl-Isla, hija spjegat li l-Prim Ministru Robert Abela gideb lill-pensjonanti, fatt li anke qed juri b’diskorsu l-Ministru Clyde Caruana.
Dan hekk kif Mifsud Bonnici sostniet li Abela qarraq bil-pensjonanti, bl-avviż legali juri proprju li l-ammont ta’ pensjoni mhux taxxabbli żdied għal €37,000 – iżda ma tapplikax għal dħul ieħor.
Ix-Shadow Minister sostniet li bl-aġir ta’ Abela qed ikun se jsofri l-pensjonant, bir-rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta juri li minkejja l-Gvern qed jisħaq li l-ekonomija hija waħda b’saħħitha – ir-rata ta’ persuni f’riskju ta’ faqar u eżklużjoni soċjali qed tiżdied.
Finalment hija insistiet li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qiegħed jibni u jiftaħ dar tal-anzjani fil-Kottonera wara li kien proprju Gvern Laburista li għalaqha ftit tax-xhur ilu.
//= $special ?>

