Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jissaħħaħ b’messaġġ ta’ onestà, tama u integrità xprunat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.
Dan saħqu x-Shadow Minister għall-Finanzi Adrian Delia f’diskors li indirizza f’attività tal-Ħadd filgħodu fl-Isla bit-tema Qrib Tagħkom fejn sostna li l-messaġġ żagħżugħ u frisk li qed iwassal Alex Borg qed joffri lill-pajjiż Malta u Għawdex aħjar għal familji u l-ġenerazzjonijiet futuri.
Adrian Delia tkellem ukoll fuq l-ingann li għamel Robert Abela lil pensjonanti fejn mhux biss qed tgiddbu l-legal notice, imma saħansitra l-gazzetti li ġeneralment jiġbdu lejn il-qanpiena Laburista…kif ukoll il-Ministru Clyde Caruana nnifsu.
Ix-Shadow Minister Adrian Delia sostna li din mhux l-unika darba li Abela daħaq bil-poplu fost oħrajn fil-pompi tal-metro qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2022 fejn iddiskriva dak li kien mbotta Robert Abela dak iż-żmien bħala scam kbira.
Huwa sostna li l-Viżjoni 2050 sfortunatament ma offriet xejn f’dak li għandu x’jaqsam popolazzjoni, liema ġens Malti se jkun qed jispiċċa f’minoranza f’pajjiżu stess la darba ma jsir xejn. Fatt ikkonfermat ukoll mill-Ministru Clyde Caruana.
Intant, Adrian Delia rringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li f’dak li għandu x’jaqsam sigurtà nazzjonali, b’serjetà u rġulija qiegħed iġib l-interessi tas-sigurtà tal-poplu Malti u Għawdxi l-ewwel u qabel kollox.
//= $special ?>

