Lokali Sport

Jirritorna l-avveniment annwali tal-Old Motors Club b’risq id-Dar tal-Providenza

Għar-raba sena konsekuttiva, il-Old Motors Club qed torganizza l-avveniment annwali b’risq id-dar tal-Providenza.

L-avveniment se jseħħ għal darb’oħra fid-19 ta’ Marzu, il-Ħamis li ġej fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza. Fost il-bosta attivitajiet li se jiġu organizzati, wieħed jista’ jassisti għall-wirja mill-isbaħ ta’ karozzi klassiċi minn żminijiet differenti, b’karozzi antiki ħafna mis-snin 1930, u jibqgħu tilgħin sa karozzi antiki mill-1990.

Karozzi ta’ stil differenti fosthom karozzi sportivi, trakkijiet, karozzi klassiċi u iżjed, u karozzi ta’ għamla differenti li jiġu minn kull rokna madwar id-dinja.

Huwa mistenni li jkun hemm iżjed minn 140 karozza differenti esebita f’dan l-avveniment annwali. Apparti minnhekk, in-nies jattendu dan l-avveniment se jkunu jistgħu jassistu ukoll għall-Car Booth Sale, fejn jistgħu jixtru bosta parts u aċċessorji antiki ta’ karozzi ta’ kwalunkwe għamla.

Se jkun hemm ukoll post riservat fejn għall-ikel u xorb.

L-avveniment annwali se jsir il-Ħamis 19 ta’ Marzu, fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza.