Formula 1 Sport

Kimi Antonelli jirbaħ il-GP taċ-Ċina – l-ewwel rebħa f’20 sena għal sewwieq Taljan

Ta’ 19-il sena, is-sewwieq tal-Mercedes Kimi Antonelli rebaħ il-Grand Prix li sar dalgħodu fiċ-Ċina.

Kien fl-2006 l-aħħar darba li sewwieq Taljan trijonfa f’tellieqa tal-F1. Dan is-suċċess kien wasal minn Giancarlo Fisichella, meta rebaħ il-GP tal-Malasja.

Intant, fil-GP li sar dalgħodu, reġa’ spikka d-dominju tal-Mercedes. Warajhom, iż-żewġ karozzi Ferrari.

Is-sewwieqa klassifikaw f’din l-ordni:

1) Kimi Antonelli, Mercedes

2) George Russell, Mercedes

3) Lewis Hamilton, Ferrari

4) Charles Leclerc, Ferrari

5) Oliver Bearman, Haas

6) Pierre Gasly, Alpine

7) Liam Lawson, Racing Bulls

8) Isack Hadjar, Red Bull

9) Carlos Sainz, Williams

10) Franco Colapinto, Alpine