“Il-pensjonanti tagħna li bnew dan il-pajjiż u li rabbewna jistħoqqilhom onestà, rispett u dinjità. Il-Prim Ministru li jista’ jagħti dawn l-elementi huwa Alex Borg bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna.”
Sostna dan ix-Shadow Minister għas-Sigurtà Soċjali u l-Fondi Ewropej Graham Bencini fejn insista li ma huwa minnu xejn li qal Robert Abela meta inganna bil-pensjonanti Maltin u Għawdxin.
Dan hekk kif Bencini spjega li skont l-avviż legali, min kellu dħul ieħor bħala pensjonanti kien intaxxat u baqa’ intaxxat.
Graham Bencini sostna li fl-istqarrija Ministerjali tiegħu, il-Ministru Clyde Caruana sostna li id-dħul l-ieħor li jkollu pensjonant se jkun qed jiġi intaxxat bir-rata normali, eżattament kif qal il-Partit Nazzjonalista f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata proprju mix-Shadow Ministers Graham Bencini u Adrian Delia.
//= $special ?>

