Draw ta’ mingħajr gowls bejn Crystal Palace u Leeds United f’Selhurst Park. Leeds ikollhom iċ-ċans li jiskorjaw gowl important fil-45 minuta permezz ta’ penalty mogħti minn Dominic Calvert-Lewin, pero l-attakkant Ingliż ma kkonkludix fix-xibka.
Ftit minuti wara, fil-ħin addizjonali, Gabriel Gudmundsson intwera t-tieni karta saffra tiegħu fil-partita biex Leeds komplew il-partita b’għaxra.
Manchester United kisbu rebħa tajba ħafna kontra Aston Villa biex telgħu minnflokhom fit-tielet post tal-klassifika. Bidla totali taħt it-tmexxija tal-kowċ Michael Carrick għar-Red Devils.
Casemiro jiskorja fit-53 minuta, b’ Ross Barkley inaqqas l-iskor fl-64 minuta.
Gowls minn Matheus Cunha u Benjamin Sesko iwasslu għar-rebħa tar-Red Devils.
Draw ieħor ta’ bla gowls, din id-darba bejn Nottingham Forest u Fulham, li jħalli lit-Tricky Trees f’pożizzjoni skomda ħafna, hekk kif jinsabu fis-17-il post, l-istess ammont ta’ punti daqs West Ham United fit-18-il post.
Tim ieħor li jinsab f’baħar ta’ inkwiet huwa Tottenham Hotspur, pero jasal ukoll l-ewwel riżultat pożittiv fl-era Tudor hekk kif kisbu draw ta’ 1-1 kontra Liverpool b’gowl tal-eroj Richarlison. L-attakkant Brażiljan magħruf għall-gowls important tiegħu, speċjalment meta t-timijiet tiegħu ikunu qed ibgħatu kontra r-relegazzjoni bħal ma jinsabu Tottenham bhalissa, hekk kif kien skorja gowls kruċjali għal Watford u Everton fi żmienijiet diffiċli għalihom.
Il-gowl ta’ Liverppol wasal fit-18-il minuta minn free-kick stupend ta’ Dominik Szoboszlai.
//= $special ?>

