Hellas Verona soffrew telfa ta’ 2-0 f’darhom kontra Genoa. Il-gowls jaslu fit-tieni taqsima permezz ta’ Vitor Oliveira u Leo Ostigard. Din ir-rebħa tbiegħed it-tim ta’ Daniele De Rossi ‘l bogħod miż-żona tar-relegazzjoni.
Pisa li jinsabu prattikament sieq ġewwa s-Serie B għall-istaġun li ġej kisbu t-tieni rebħa staġjonali wara 29 partita meta għelbu lil Cagliari bl-iskor ta’ 3-1.
Pisa rnexxielhom jirbħu minkejja li lagħbu l-maġġoranza tal-patita b’għaxra hekk kif tkeċa Rahu Durosinmi fis-37 minuta. Pero Pisa kienu diġa ħadu l-vantaġġ permezz tal-penalty ta’ Stefano Moreo wara 9 minuti logħob.
Dopjetta ta’ Antonio Caracciolo kabbret l-iskor għal Pisa, filwaqt li l-veteran Pavoletti naqas l-iskor fis-87 minuta.
Bologna għelbu lil Sassuolo 1-0, il-gowl deċiżiv ta’ Thijis Dallinga jasal fis-6 minuta logħob.
It-tim ta’ Cesc Fabregas ikompli jimpressjona hekk kif għelbu lil AS Roma f’konfront dirett biex telgħu fir-raba’ post tal-klassifika hekk kif qabżu lill-istess Roma u Juventus. L-iskor finali ta’ 2-1 għat-tim minn naħa ta’ fuq tal-Italja jħallihom fir-raba’ post b’54 punt wara 29 partita.
Roma kienu dawk li fetħu l-iskor l-ewwel wara 7 minuti logħob minn penalty ta’ Donyell Malen.
Como rnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs fid-59 minuta minn Anastasios Douvikas, bl-assist jasal mill-prodott ta’ Barcelona, Alex Valle.
Roma spiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li Wesley Franca ntwera t-tieni karta saffra tiegħu fl-64 minuta.
Diego Carlos skorja l-gowl tar-rebħa fid-79 minuta.
Telfa diżappuntanti ħafna għal Milan li kellhom l-opportunita’ li jnaqqsu d-distakk minn ma’ Inter f’ras il-klassifika, pero fallew milli jagħmlu dan wara t-telfa kontra Lazio fi Stadio Olimpico ta’ 1-0.
Il-gowl tar-rebħa għall-Biancocelesti wasal fis-26 minuta minn Gustav Isaksen.
//= $special ?>

