Sorveljanza f’Paceville b’rabta ma’ traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ Kolombjan ta’
31 sena hekk kif instab fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga. Waqt rondi fi Triq il-Wilġa, il-Pulizija nnutaw raġel isuq mutur u jġib ruħu b’mod suspettuż.
Huwa twaqqaf, saret tfittxija u f’baskett moħbi taħt is-seat tal-mutur instabu 14-il qartas
droga suspettata kokaina, 4 qratas suspettati MDMA, 7 pilloli suspettati ecstasy u qartas bi
droga suspettata LSD.
Il-Kolombjan qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti, għall-ħabta tas-13:00 tal-Ħadd Waranofsinhar, quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil.
//= $special ?>

