Il-Hadd filghodu, Robert Abela baqa’ ghaddej bil-kampanja ta’ attakki kontra l-Partit Nazzjonalista. U waqt li jinsab f’campaign mode, qed jipprova jiżra n-narrattiva li l-Labour huwa underdog – narrattiva li issa l-Labour ilu għaddej biha għal dawn l-aħħar 13-il sena.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Robert Abela innifsu f’diskors ta’ xejn iktar minn 20 minuta, quddiem il-Każin tal-Labour f’Raħal Ġdid
Intant Abela reġà nfexx f’attakk partiġġjan fil-konfront tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg – saħansitra anke meta beda’ jitkellem fuq il-kunflitti internazzjonali – xi ħaġa li l-Kap tal-PN rrifjuta li jagħmel speċjalment fuq kwistjoni hekk sensittiva bħal ma hi s-sigurtà nazzjonali.
B’Robert Abela ikun kostrett – għal darb oħra – jbeżża, b’diskors negattiv ta’ attakk fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u Alex Borg
Apparti min hekk Abela ma semma’ assolutament xejn rigward l-aħħar gidba li qal lill-pensjonanti – meta fl-aħħar attivita tal-Labour kien wiegħed illi se jkunu eżentati mit-taxxa jekk għandhom dħul ieħor apparti l-pensjoni.
Liema gidba ħarġet biċ-ċar meta qal illi l-pensjonanti li għandhom dħul addizzjonali, bħal investimenti u kirjiet fost l-oħrajn, se jkunu eżenti mit-taxxa.
Tant hu hekk li l-Legal Notice maħruġa mill-Gvern Laburista b’rabta ma’ dan turi iswed fuq l-abjad illi dak li qal Abela mhux minnu.
//= $special ?>
