It-tim tal-Water Polo, Sliema llum kitbu l-storja billi saru l-ewwel klabb Malti li rebħu medalja f’kompetizzjoni Ewropea tal-klabbs, wara li għelbu lil Enka SC tat-Turkija 17-15 fil-play-off għat-tielet post tal-Challenger Cup f’Istanbul.
Wara bidu diffiċli, it-tim immexxi minn Giannis Katrouzanakis wera kuraġġ kbir u dawwar ir-riżultat favur tagħhom. Bil-gowls ta’ diversi plejers, fosthom Jake Cachia, Niccolò Gitto, Aleksandar Ivovic u Liam Galea, Sliema żammew il-vantaġġ minkejja l-pressjoni tat-Torok u temmew il-logħba b’rebħa storika li tat lilhom post prestiġjuż u l-ewwem medalja tal-bronz għal klabb Malti f’kompetizzjoni Ewropea tal-waterpolo.
Intant San Ġiljan, fl-istess kompetizzjoni temmew fil-ħames post.
//= $special ?>

