Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless tal-isport tal-Kottonera saret l-ewwel finali minn tlieta tat-Tazza Nazzjonali bejn Swieqi Phoenix Nium u Falcons. Kien it-team ta’ Swieqi li temm rebbieħ bl-iskor ta’ 3-0. Swieqi fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 25 għal 15. Ferm aktar kumbattut kien it-tieni set bi Swieqi jkollhom jitħabtu biex joħorġu rebbieħa 27 għal 25 u komplew jirbħu t-tielet wieħed 25 għal 19. It-tieni finali minn tlieta se ssir propju nhar il-Ħadd li ġej fis-2.30pm.
Wara li ftit tal-jiem ilu rebħu matematikament il-kampjonat, issa Swieqi qiegħed ifittxu li jagħmlu double.
Ir-riżultati kollha
Tazza Nazzjonali l-ewwel Finali
Swieqi Phoenix Nium vs Falcons 3-0 (25-15, 27-25, 25-19)
Under 19
Depiro Volleyball Club vs Swieqi Phoenix Tough Cookies 3-1 (25-18, 25-21, 16-25, 26-24) – Depiro Champions
Birkirkara Vixens VC vs Paola Cool And Kiwi 0-3 (21-25, 11-25, 22-25)
Under 17
Depiro vs Swieqi Phoenix 0-3 (20-25, 13-25, 17-25)
Birkirkara vs Flyers 1 3-0 (25-13, 25-9, 25-10)
Paola Maypole vs Swieqi Phoenix Volley 3-1 (25-14, 22-25, 25-16, 25-23)
Flyers vs Falcons 3-0 (25-20, 25-23, 25-23)

It-team ta’ Paola Maypole li rebaħ lil Swieqi fil-kampjonat taħt is-sbatax -il sena

L-ewwel finali tat-Tazza Nazzjonali kienet ikkontrollata minn Frankie Tanti (l-ewwel referee) u Anthony Falzon (it-tieni referee)
//= $special ?>

