Lokali

Tinġabar is-somma ta’ €502,100 waqt il-maratona ta’ Missio

€502,100.

Kienet din is-somma sabiħa li nġabret waqt il-maratona ġbir ta’ fondi li ittellgħet minn Missio Malta bit-tema “’il quddiem bit-tama”.

Permezz tad-donazzjonijiet kollha li nġabru matul din il-maratona se jkunu qed isiru proġetti ta’ edukazzjoni għat-tfal, proġetti ta’ kostruzzjoni ta’ djar, proġetti ta’ bini ta’ sptarijiet u aċċess għall-kura medika, proġetti agrikoli, u aċċess għall-ilma nadif kif ukoll għajnuna diretta għal żgħażagħ li jħossu vokazzjoni reliġjuża.

Is-Sibt waranofsinhar, Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, żar din il-maratona u tenna li toffri mument ta’ tama għaliex id-donazzjonijiet li jingħataw jistgħu verament jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ tant nies. Fl-istess ħin stqarr li dak li tagħmel il-Mission huwa possibbli grazzi għall-voluntiera u n-nies li qed jikkontribwixxu permezz tal-għotjiet li jġibu tant ferħ u sodisfazzjon.

Il-maratona bdiet fil-11:00 am u damet għaddejja sal-11:00 pm. ‘il quddiem bit-tama ixxandret fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, fosthom NET Television.