Internazzjonali

Trump mhux lest li jasal fi ftehim mal-Iran

Il-President Amerikan Donald Trump qed jinsisti li pajjiżu mhux lest jasal għal ftehim mal-Iran. Dan hekk kif minn Teheran komplew l-attakki b’missili u drones – li kienu indirizzati lejn il-pajjiżi ġirien fir-reġjun tal-Golf.

Trump stqarr ukoll li hemm bżonn preżenza militari akbar fir-rotta ta’ Hormuz.

Fil-fatt, hu sejjaħ lill-Franza, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel u l-Ġappun biex jibgħatu bastimenti tal-gwerra ħalli jassiguraw li ma jkomplux l-attakki tal-Iranjani.

Din il-gwerra fil-Golf ilha għaddejja ġimgħatejn, u s’issa ħalliet riperkussjonijiet kbar fuq it-tankers li jbaħħru f’din iz-zona. Apparti li dan kollu, bla dubju li qed jaffetwa l-provvista globali taż-żejt u l-gass.