Lokali

Ħames proposti konkreti biex jgħinu lill-poplu Malti u Għawdxi

Kienu ħamsa l-proposti li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, waqt id-diskors tiegħu fl-attività “Qrib Tagħkom” fl-Isla li saret il-Ħadd. Proposti mressqa biex jgħinu lill-poplu Malti u Għawdxi.

Alex Borg spjega li hu kuljum qed jiltaqa’ man-negozji, il-familji u l-anzjani biex jibni l-viżjoni tiegħu għal fejn għandu jasal il-pajjiż. Fost l-oħrajn, ippropona li jnaqqas il-VAT fuq stabbilimenti tal-ikel minn 18% għal 7%.

Saħaq li hemm bżonn li nirrispettaw lill-anzjani tagħna u nirrikonoxxu dak li ħallewna. Dan billi fl-ewwel budget, Gvern Nazzjonalista, ineħħi t-taxxa kollha minn fuq kull dħul tal-pensjonanti sa 37,000 ewro.

Bil-għan li jnaqqas il-piż tal-għoli tal-ħajja, Alex Borg tenna li Gvern Nazzjonalista jneħħi t-taxxa fuq iż-żieda tal-għoli tal-ħajja (l-COLA)

Dan flimkien ma’ eżenzjoni tat-taxxa fuq l-ewwel 10,000 euro minn part-time u overtime.

Fl-istess ħin, ippropona soluzzjonijiet għal kwistjonijiet li qed jinkwetaw lin-nies, bħal mass transport, fejn spjega b’ċarezza l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż.

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm billi appella lil kull Malti u Għawdxi biex jpoġġu fuq quddiem il-lealtà lejn il-pajjiż, biex pajjżna jagħmel il-qabża li jmiss.