“Qed nindirizza lil mexxejja involuti f’dan il-kunflitt – nappella għal waqfien mill-ġlied u sabiex titwitta t-triq għad-djalogu.”
Saħaq dan il-Papa Ljun XIV meta kien qed jindirizza l-folla fi pjazza San Pietru, propju waqt it-talba tal-Angelus li l-Kap tal-Knisja Kattolika jwassal kull nhar ta’ Ħadd.
Il-Papa beda’ b’sejħa sħiħa għall-paċi, u sabiex il-kattoliċi madwar id-dinja jagħmlu użu mis-saħħa tat-talb u jitolbu għal paċi fid-dinja.
U fakkar kif għal-ġimgħat bosta fil-lvant nofsani qed jesperjenzaw żminijiet diffiċli ferm. Dan filwaqt li saħaq li s-sitwazzjoni fil-Libanu – l-istess pajjiż fejn għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu bħala Kap tal-Knisja – hija inkwetanti ferm.
Il-Papa Iljun kompla jispjega li bil-vjolenza ma jinkiseb xejn – għajr tbatijja fuq il-popli tal-pajjiżi involuti. Bil-Papa jappella għad-djalogu bejn dawk involuti fil-kunflitti dinijji u titwitta t-triq għall-paċi.
Kien għaw fejn Papa Iljun appella għal waqfien mill-ġlied immedjat fir-reġjun u sabiex titwitta t-triq għad-djalogu.
Fl-aħħar nett il-Papa għalaq billi reġa aċċena għal ġustizzja u l-fidi fi Kristu – bil-Papa jisħaq li l-gwerer ma jweġġgħux biss il-ġisem imma anke r-ruħ.
//= $special ?>

