“Il-volontarjat huwa s-sinsla tad-dahar tas-Soup Kitchen u bl-għajnuna tal-poplu u n-negozji nistgħu nkomplu noffru l-aqwa servizz li dawk li għandhom bżonn.”
Dan kien il-messaġġ li wassal Fr Marcellino hekk kif it-Tnejn waranofsinhar ġiet inawgurata sistema ta’ arja kundizzjonata fis-Soup Kitchen grazzi għall-għajnuna li offriet l-APS Bank.



Huwa qal li l-għan tas-Soup Kitchen huwa li tgħin lill-fqir sabiex tagħti s-sapport li jkollhom bżonn bil-għan li jimxu ‘il quddiem f’ħajjithom.
F’kummenti ma’ Net News Fr Marcellino qal li huwa grazzi għall-voluntiera u n-negozji li s-Soup Kitchen tkun tista tiffunzjona b’mod effiċjenti dan filwaqt li rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-ġenerożità tiegħu.

Għaldaqstant, matul din l-inawgurazzjoni Fr Marcellino tkellem dwar il-ħidma li tagħmel is-Soup Kitchen filwaqt li dawwar lit-tmexxija tal-Bank mal-kmamar kollha li għandhom.


Huwa spjega lit-tmexxija li s-soup kitchen tagħmel mirakli kbar grazzi għal voluntiera li jaħdmu magħha hekk kif huwa stmat li 7 voluntiera jaħdmu bħala membru tal-bord u 85 voluntier ieħor huwa helper.
Barra minn hekk persuna, waħda taħdem fuq bażi full-time u persuna oħra biss taħdem fuq bażi part-time.
Apparti l-ikel is-Soup Kitchen toffri servizzi oħra grazzi għal avukat, żewġ infermiera, Social Worker u barbier li joffri servizzi utli biex dawk li jirrikorru għas-Soup Kitchen ikollhom ħajja b’dinjità.
Is-soup Kitchen OFM Valletta fetħet il-bibien tagħha fil-25 ta’ Awwissu, 2021 u tofri diversi servizzi lill hinn minn ikel.



