Lokali

Jgħid li qed jitkellem b’mod matur dwar ix-xena internazzjonali

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Il-kwistjoni fil-Lvant Nofsani hija inkwetanti u titlob politika matura, kien għalhekk li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar jiem offra l-id tal-ħbiberija kemm il-darba inkluż fil-Parlament.

Madanakollu l-Prim Ministru Robert Abela għażel li anka f’sitwazzjoni tant delikata jagħżel li jkun partiġjan.

Kien għalhekk li Net News staqsa lill-Prim Ministru għalfejn qed juża x-xena internazzjonali biex jiskorja l-punti politiċi. B’Abela jgħidilna li dan mhux il-każ.

Meta ftit tal-jiem qabel fil-parlament kien għamel propju hekk.

Tant li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament b’risposta wieġeb li din l-istqarrja Ministerjali kienet qisha xi diskors politiku.