Skont il-Prim Ministru Robert Abela pajjiżna jinsab lest għall kull eventwalita, u bi pjan ta’ kontinġenza preparat f’każ li l-Arctic Metagaz Tanker – it-tanker russu – jidħol fit-teritorju tal-ibħra Maltin. Madanakollu naqqas milli jispjega fiex jikkonsisti dan il-pjan.
F’konferneza stampa l-Prim Ministru qal li t-tanker jinsab 54 mil nawtiku lil ‘hinn minn Malta u għalhekk fiz-zona tas-search and rescue ta’ Malta, imma barra mill-ibħra territorjali Maltin.
Kollox jindika li t-tanker, qiegħed jġorr fuqu mijiet ta’ tunellati ta’ żejt, u li l-Gvern Malti qed jitlob l-għajnuna mill-allejati internazzjonali.
Malta qed tiddiskuti wkoll is-sitwazzjoni mal-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-grupp Med9, li jinkludi l-Istati tal-Mediterran u tan-Nofsinhar tal-Ewropa, filwaqt li qed iżżomm komunikazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Taljani.
Intant, peress li t-tanker huwa maħsub li qed iġorr kwantita kbira ta’ heavy fuel oil, u qed iqajjem tħassib dwar potenzjalment ħsara ambjentali jekk il-kundizzjoni tal-bastiment tmur għall-agħar.
//= $special ?>
