L-għoli tal-ħajja, it-traffiku, l-ekonomija, l-isplużjoni fil-popolazzjoni, il-korruzzjoni u l-ambjent.
Dawn is-suġġetti tant importanti huma l-aktar li jinfluwenzaw il-vot tal-elettorat skont l-aħħar survey li sar tal-MaltaToday u li ġie ppubblikat matul il-jum tal-Ħadd.
Fis-survey ħareġ li 10.1% tal-parteċipanti qalu li l-aktar fattur li jinfluwenzahom huwa l-għoli tal-ħajja, imbagħad 9.3% qalu li l-infiq l-aktar li jinfluwenzahom, 9% qalu t-traffiku, 8.2% qalu li l-ekonomija u 8% qalu l-isplużjoni fil-popolazzjoni.
Apparti dawn ir-riżultati numru kbir ta’ persuni qalu li huma inkwetati dwar l-imigrazzjoni. Infatti skont is-survey, jekk wieħed jgħaqqad l-isplużjoni fil-popolazzjoni mal-ħaddiema barranin din tispiċċa tammonta għal 10.9% tal-parteċipanti.
Meta wieħed iħares lejn id-demografija joħroġ biċ-ċar li dawk li għandhom bejn 16 u 35 sena huma inkwetati l-aktar fuq l-inflazzjoni li jammonta għal madwar 13.9% u mbagħad fit-tieni post hemm it-traffiku li jammonta għal madwar 11%.
Imbagħad l-isplużjoni fil-popolazzjoni tinkwieta l-aktar id-demografija ta’ dawk li għandhom bejn 36 u 50 sena dan filwaqt li n-nefqa tinkwieta l-aktar id-demografihja ta’ dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena.
Skont is-survey jidher li l-fatturi li l-akar li jinkwetaw lil Għawdxin huma l-infiq li jammonta għal madwar 11.9%, l-inflazzjoni li tammonta għal 11.3% u l-ekonomija li tammonta għal madwar 10.5%.
Għaldaqstant, fir-Reġun tax-Xlokk li huwa dominat l-aktar minn votanti tal-Partit Laburista ħareġ li l-aktar fatturi li jinkwetawhom huma t-traffiku li jammonta għal 11.4% u l-isplużjoni fil-popolazzjoni li jammonta għal 9.4%.
Intant, dan is-survey juri dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista għal numru ta’ snin li l-Gvern ta’ Robert Abela qed ifalli milli jindirizza l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi u qed ikompli jaġevola lil tal-qalba.
//= $special ?>

