Internazzjonali

One Battle After Another jiddomina s-serata tal-Oscars

Il-Film One Battle After Another, u l-Atturi Jessie Buckley u Michael B Jordan iddominaw is-serata tal-Oscars ta’ din is-sena.

One Battle after Another rebaħ xejn inqas minn sitt unuri  fosthom l-aqwa film, l-aqwa direttur, unur li mar għand Paul Thomas Anderson, l-aqwa muntaġġ, l-aqwa casting u l-aqwa attur fi rwol sekondarju.

Il-film Sinners li kellu 16-il nominazzjoni – numru rekors fl-istorja rebaħ erba’ unuri. Fosthom l-unur tal-aqwa attur li għal darb’oħra intrebaħ minn Michael B Jordan, fid-diskors tiegħu faħħar diversi atturi li għamlu suċċess qablu.

Sinners rebaħ ukoll l-unur tal-aqwa ċinematografija – unur li ingħata lil Autumn Dural Arkapaw, biex b’hekk hija saret l-ewwel mara li  qatt rebħet dan l-unur.

L-Attrici Jessie Buckley li rebħet l-unru tal-aqwa attriċi f’kull nominazzjoni li kellha matul is-serati tal-awards. Hija wkoll l-ewwel attriċi Irlandiża li rebħet dan l-unur.

Intant films oħra li marru tajjeb fit-98 edizzjoni tal-Acadamy Awars kienu Frankenstein li rebaħ 3 unuri u KPop Demon Hunters li rebaħ 2 unuri.

Għal-ewwel dabra wkoll sa mill-2013, żewġ films: The Singers u Two People Exchanging Saliva rebħu l-unur tal-aqwa film live  qasir.

Ħareġ evidenti wkoll li din ma kinitx is-sena ta’ Timothee Chalamet minkejja l-prestazzjoni eċċelenti tiegħu f’Marty Supreme, bl-esperti jgħidu li din hija tendenza tal-votanti li ma jagħtux unuru lill-atturi ta’ eta relativament żgħira – eżempju ċar ta’ dan kienu Dustin Hoffman, Al Pacino u Leonardo Dicaprio.

Bla dubju ta’ xejn dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani idomina wkoll l-edizzjoni tal-Oscars ta’ din is-sena b’mument partikolari fejn l-attur Javier Bardem għajjat ‘Le għall-Gwerra u ‘Free Palestine’ waqt li kien qed jippreżenta l-unuri flimkien ma’ Pryanka Chopra.

Ma naqsitx ukoll it-tislima lejn dawk li ħallew din id-dinja, tislima emozzjonanti li ingħatat minn Rachel McAdams lil Diane Keaton u Catherine O’Hara fost oħrajn.