F’laqgħa li kellu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg mal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Pensjonanti tas-Servizz ġie spjegat l-inġustizzja li qed issir ma’ eluf ta’ pensjonanti li jirċievu żewġ pensjonijiet – kemm dik kontributorja u dik tas-servizz.


Waqt il-laqgħa ġie spjegat li din l-inġustizzja ilha fis-seħħ mill-1979 meta Gvern Laburista kien dahhal il-ligi li telimina jew tnaqqas sostanzjalment il-Pensjoni tas-Sigurta Socjali taż-Żewg Terzi lil dawk il-ħaddiema li kellhom jew ghandhom id-dritt ghal Pensjoni tas-Servizz.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg fakkar li PN fil-Gvern kien ghadda diversi ligijiet biex itejjeb il-qagħda ta’ dawn il-pensjonanti.
Għaldaqstant Alex Borg wiegħed li Partit Nazzjonalista fil-Gvern jindirizza din is-sitwazzjoni sabiex il-pensjonanti kollha jibdew jitħallsu il-pensjoni tad-servizz sħiħa.
Intant, preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll ix-Shadow Ministers Graham Bencini u Paula Mifsud Bonnici.




