Lokali

Robert Abela jrid ineħħi l-obbligu li jsiru id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Kabinett

Il-Gvern ressaq emendi fil-Kodiċi tal-Etika tal-Membri Parlamentari – dan sabiex jiġu eliminati ir-rekwiżiti dwar l-assi ministerjali. U b’mod effettiv jiġi mminat proċess parlamentari li ilu fis-seħħ għal snin sħaħ; dak li l-kabinett jippublika l-assi tiegħu. Inkluż tal-Prim Ministru.

L-emendi ġew preżentati lill-Kummissjoni dwar l-Istandards tal-Parlament mill-Ministru Jonathan Attard, li qal li jirregolaw uffiċjali eletti – Madankollu, skont wkoll sorsi fil-midja, dawn l-emenbdi ser jneħħu l-obbligu li ilu ħafna snin – sabiex il-Ministri jippublikaw dikjarazzjoni aktar dettaljata tal-assi u dħul separat ieħor, minflok kwalunkwe dikjarazzjoni oħra sottomessa minn kull Membru Parlamentari ieħor.

Dan ifisser li l-Ministri u l-Prim Ministru ma jkollhomx bżonn jipprovdu informazzjoni finanzjarja addizzjonali.