Lokali

Se terġa’ ssir il-mixja ta’ Puttinu fir-Renju Unit

Mixja ta’ 14-il mil minn Sutton saċ-ċentru ta’ Londra dan sabiex jinġabru flus b’risq Puttinu Cares.

Kull sena, Puttinu Cares li hija ta’ għajnuna lil ħafna persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna medika barra minn xtutna, żżomm l-appuntament tagħha sabiex tagħmel il-mixja tal-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u anke ttella’ l-maratona ġbir ta’ fondi f’jum il-Ġimgħa l-Kbira.

U wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, Puttinu Cares se terġa’ tagħmel mixja ta’ 14-il mil minn Sutton saċ-Ċentru ta’ Londra – propju quddiem il-proġett residenzjanli l-ġdid f’Farrington u li se tkun qed issir fil-21 ta’ Marzu mill-11 ta’ filgħodu. Dan sabiex jinġabru aktar donazzjonijiet li huma meħtieġa biex il-persuni l-aktar fil-bżonn jingħataw l-għajnuna li ħaqqhom.

Il-mixja li ssir fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira f’pajjiżna ilha ssir dawn l-aħħar 21 sena, iżda dik fl-Ingilterra ilha ssir b’suċċess dawn l-aħħar 3 snin.

Fil-fatt, is-sena li għaddiet kienu ‘l fuq minn elf ewro li nġabru mill-komunità Maltija fl-Ingilterra u li ħadu sehem f’din il-mixja.

Il-maratona ta’ puttinu, se terġa’ ssir nhar il-Ġimgħa l-Kbira u se tkun mxandra fuq l-istazzjonijiet lokali kollha.

Kull min jixtieq jirreġistra jista’ jagħmel dan:

https://www.eventbrite.com/e/london-puttinu-walk-tickets-1983695481585?aff=ebdssbdestsearch