Mill-inqas 400 persuna nqatlu u 250 ndarbu f’attakk bl-ajru mill-Pakistan fuq sptar ta’ riabilitazzjoni f’Kabul, it-Tnejn filgħaxija.
Ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin bit-tfittxijiet fiż-żona sabiex isibu n-nies li jinsabu maqbudin taħt it-tifrik. Xhieda qalu li kien hemm nirien u ħsarat kbar.
Il-Pakistan ċaħad dawn id-dikjarazzjonijiet. L-uffiċjali qalu li l-attakk kien immirat lejn siti u tagħmir militanti, mhux ċivili. Qalu li l-attakk kien kawt u ma kkawżax ħsara f’żoni fil-viċin. Il-Pakistan qal ukoll li r-rapporti li sptar kien involut f’attakk, kienu foloz.
Fl-aħħar ġimgħat, il-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi kompla jiggrava – biż-żewġ naħat wettqu attakki u jakkużaw lil xulxin li għenu lill-gruppi militanti.
Min-naħa tagħha, ċ-Ċina talbet liż-żewġ naħat biex iżommu l-paċi u jerġgħu jibdew it-taħditiet.
//= $special ?>

