Il-Ħolqa Festival, festival internazzjonali tal-arti għaż-żgħażagħ organizzat mid-Dipartiment tal-Arti Kreattiva u d-Disinn f’Ġan Frangisk Abela Junior College, se jsir bejn it-Tnejn 23 u l-Ħamis 26 ta’ Marzu 2026.
Il-festival jiġbor flimkien studenti ta’ bejn is-16 u d-19-il sena li jippreżentaw xogħlijiet fit-teatru, fil-mużika, fiż-żfin, fl-arti viżiva u diġitali, kif ukoll fil-kitba kreattiva u fil-poeżija, bl-appoġġ ta’ APS Bank għat-tielet sena konsekuttiva.
It-tema ta’ din is-sena, ‘Shakespeare It Up!’, timmarka 410 snin mill-mewt ta’ William Shakespeare u tistieden lill-artisti żgħażagħ biex jieħdu ispirazzjoni mix-xogħlijiet tiegħu permezz ta’ wirjiet, installazzjonijiet artistiċi, workshops u sessjoni open-mic. Bil-parteċipazzjoni ta’ studenti minn pajjiżi differenti, il-festival joffri ambjent kollaborattiv fejn kreattivi żgħażagħ jistgħu juru x-xogħol tagħhom u jiżviluppaw il-ħiliet artistiċi tagħhom.
Jeremy Vassallo, CSR Manager ta’ APS Bank, qal: “Kuntenti li nkomplu nappoġġjaw il-Ħolqa Festival u l-opportunitajiet li joħloq għall-artisti żgħażagħ.”
//= $special ?>

