Il-Ministru tal-Finanzi ma jaqbilx li titnaqqas il-VAT għar-ristoranti u l-istabbilimenti tal-catering.
Dan filwaqt li l-membri l-oħrajn tal-Labour ma tawna l-ebda kumment.
Kienet din ir-reazzjoni meta staqsejna lid-deputati tal-Labour u lill-Ministri jekk jaqblux mal-proposta tal-Kap tal-PN Alex Borg li l-VAT tinżel minn 18 fil-mija għal 7 fil-mija għall-istabbilimenti tal-catering – pass li bla dubju jirriżulta fi prezzijiet orħos għall-konsumaturi.
Ma’ Net News, il-Membri Parlamentari Laburisti għażlu li ma jikkummentawx fuq din il-proposta tant importanti li ġiet anke mfaħħra anke minn korpi kostitwiti u negozji fis-settur.
Iżda qalb dan is-skiet min naħa tal-Membri Parlamentari tal-Labour, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li hu kontra li tonqos il-VAT.
//= $special ?>

