Fl-Emirates Stadium Arsenal ikkonfermaw posthom mal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League b’rebħa konvinċenti ta’ 2-0 fuq Bayer Leverkusen. Arsenal iddominaw il-partita mill-ewwel minuti tagħha, bit-tim Ġermaniż ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti ta’ David Raya. Huma fetħu l-iskor fis-36 minuta meta kien Ebereche Eze li bi ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil goalkeeper ta’ Leverkusen għal 1-0. Biex fit-63 minuta kien Declan Rice li wara li antiċipa tajjeb il-ballun, għadda tajjeb u b’konklużjoni fil-baxx irdoppja r-riżultat għal 2-0.
Fi Sporting rimonta mit-tim Portugiż meta f’darhom għelbu lil Bodoe bl-iskor ta’ 5-0. Dan wara li t-tim ta’ Bodoe/Glimt kienu għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0. Sporting fil-vantaġġ wara 34 minuta minn gowl ta’ Goncalo Inacio qabel kien Pedro Goncalves li għamilhom 2-0. Fit-78 mill-ħdax-il metru kien Luis Suarez li għamel ir-riżultat aggregate 3-3. Bil-partita tmur għal ħin barrani kien Maximiliano Araujo li poġġa’ lil Sporting 4-0 minn fuq fit-92 minuta qabel kien Nel li skorja il-gowl li ssiġilla l-kwalifikazzjoni fil-120 minuta għal riżultat finali ta’ 5-0, u 5-3 aggregate.
Riżultati: Arsenal v B.Leverkusen 2-0 (3-1) Sporting v Bodoe 5-0 (5-3), Chelsea v PSG 0-3 (2-8), Man City v R.Madrid 1-2 (1-5)
//= $special ?>

