Sport

Fiorentina rebħu l-konfront dirett

Cremonese     1       Fiorentina    4

Fl-aħħar partita tad-29 ġurnata tas-Serie A, Fiorentina rebħu fi Stadio Giovanni Zini l-konfront dirett kontra avversarju li bħalhom fil-bżonn imminenti tal-punti fit-taqtiegħa għal min staġun ieħor jibqa’ fis-serie A. Bis-sitt rebħa Fiorentina telgħu fis-16-il post bi 28 punt u fl-istess waqt li qabzu lil Cremonese b’erba’ punti.

Fil-25 minuta Fiorentina marru fil-vantaġġ permezz ta’ FABIANO PARISI li minn azzjoni ta’ Rolando Mandragora għeleb lil Emil Audero. Ebda reazzjoni minn Cremonese li fit-32 minuta sofrew it-tieni gowl. Minn azzjoni ta’ Robin Gosens kien ROBERTO PICCOLI li bix-xellug għeleb lil Audero.

Vantaġġ doppju għal Fiorentina fi tmiem l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fid-49 minuta Fiorentina kabbru l-iskor permezz ta’ DODO minn azzjoni ta’ Albert
Gudmundsson. Reazzjoni minn Cremonese li fis-57 minuta naqqsu l-iskor wara li minn cross ta’ Romano Floriani Mussolini lejn Federico Ceccharini kien DAVIDE OKEREKE li għeleb lil David de Gea. 3 – 1
liema skor sar 4 – 1 fis-70 minuta wara li ALBERT GUDMUNDSSON minn azzjoni ta’ Roberto Piccoli gheleb lil Emil Audero.