Wara pressjoni minn bosta residenti, mill-għaqdiet ambjentali u diversi ambjentalisti….l-Istat ser ikun qiegħed jieħu l-art ta’ Manoel Island u Forti Tigne għas-somma ta’ 43 miljun ewro.
Sabiex issa, il-konsorzju MIDI, ser ikun qiegħed jagħti b’mod sħiħ dawn l-artijiet lura liċ-ċittadini.
Kien f’Mejju tal-2025, meta saru bosta protesti minn għaqdiet varji flimkien ma’ residenti ta’ din iż-żona tal-pajjiż. Dan minħabba l-mod kif tul dawn l-aħħar snin dawk l-akwati, esperjenzew żieda konsiderevoli kemm fil-popolazzjoni u anke fl-iżvilupp. U allura, is-sens tal-proġett inizjali kellu jittieħed fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti ta’ żvilupp eċċessiv.
Fl-istess waqt, il-proġett ta’ Manoel Island u dan li kien imwiegħed, baqa’ qatt ma sar.
Dak iż-żmien, kienet saret petizzjoni li ġiet iffirmata min kważi 30,000 persuna.
Il-Partit Nazzjonalista kien wkoll ħareġ favur l-għajta li l-art ta’ Manoel Island tinbidel f’park nazzjonali – biex issa z-zona se tmur lura għand in-nies.
//= $special ?>

