Il-kampanja tilqa’ l-aħbar li ntlaħaq ftehim biex Manoel Island, kif ukoll il-Forti Tignè, jingħataw lura lill-poplu.
Din l-aħbar pożittiva ġiet ftit inqas minn sena mit-tnedija tal-kampanja Manoel Island: Post Għalina.
Il-kampanja dejjem saħqet li l-Gvern u l-MIDI għandhom jinnegozjaw mill-ġdid l-enfitewsi li permezz tagħha Manoel Island u Tignè ngħataw lill-MIDI biex jiġu żviluppati f’kumplessi residenzjali, turistiċi u kummerċjali.
Il-kampanja se tibqa’ attiva biex tikseb l-għan tagħha li tara lil Manoel Island trasformata f’park pubbliku fejn il-komunità tista’ tgawdi l-ambjent storiku u naturali tal-gżira.
Il-kampanja Manoel Island: Post Għalina hija xhieda tal-qawwa tan-nies meta ningħaqdu biex flimkien niksbu għan komuni. Nerġgħu nieħdu din l-opportunità biex nifirħu lil dawk kollha li għamlu din il-kampanja tagħhom.
//= $special ?>

