CareMalta Group għamlet donazzjoni b’risq inizjattiva taż-żagħżugħ Għawdxi ta’ 20 sena, Matthew Galea, b’fondi li se jmorru għal Puttinu Cares. Dan hekk kif il-Ħamis 19 ta’ Marzu, Matthew se jkun qed jaghmel maratona bir-rota f’Għawdex. Il-maratona ta’ 40km se tibda u tispiċċa fil-pjazza tal-Għarb f’Għawdex.
Matthew Galea li jaħdem ġol-faċilità Dar San Gużepp f’Għajnsielem, li titmexxa propju minn CareMalta Group, ilhu għaddej b’din l-inizjattiva mill-2024.
Hu ġie ppreżentat bid-donazzjoni fl-uffiċini tal-kumpanija CareMalta Group ġewwa l-Mosta, fejn il-Kap tal-Operat tal-kumpanija, Noel Borg, ippreżentalu d-donazzjoni f’isem il-kumpanija. Borg qal li bħala kumpanija CareMalta Group dejjem offiet is-sostenn tagħha lil inizjattivi li jħallu impatt qawwi fuq il-komunità
//= $special ?>

