Sport

It-tim Malti tal-Weightlifting kiseb 9 midalji u diversi rekords nazzjonali

It-tim nazzjonali Malti tal-Weightlifting ikkompetta  fil-Kampjonati Ewropej tan-Nazzjonijiet Żgħar fl-Islanda, fejn kiseb total ta’ 9 midalji u diversi rekords nazzjonali ġodda.

Kim Camilleri Lagana, b’wirja mil-aqwa fil-kategorija ta’ 53kg, kisbetl-aħjar total personali ta’ 167kg u temmet  fl-ewwel post fil-kategorija Junior Femminili, qabel l-Iżlanda u Ċipru.

It-tim tal- Juniors Irġiel kiseb rizultat storiku meta t-tliet atleti ħadu t-tliet postijiet tal-podju. Rylee Borg fl-ewwel post bi 278 kg u 339 punt, Nathan Mifsud fit-tieni post b’222kg u 331 punt u Luke Stefan Micallef fit-tielet post b’213kg u 310 punt. Mifsud stabbilixxa wkoll żewġ rekords nazzjonali ġodda fil-kategorija Youth 65kg: 122kg fil-Clean & Jerk u total ta’ 222kg li issa huwa rekord nazzjonali fit-total għall-kategoriji kollha sa Seniors minkejja li għad għandu biss 16-il sena.

Luke Stefan Micallef kellu debutt pożittiv fejn fil-kategorija 65 kg, għamel rekord ġdid ta’ 123kg fil-Clean & Jerk kemm fil-kategorija Junior kif ukoll fil-Senior.

Fil-Junior Doubles, Rylee Borg u Kim Camilleri Lagana spiccaw fil-quccata fuq il-podju .Fil-kategorija Nisa Senior Tenishia Thornton refgħet total ta’ 201kg, u spiċċat biss ftit kilo wara l-Iżlanda, filwaqt li Roberta Tabone kisbet total ta’ 192kg. Fis-senior Women’s Doubles, Malta kisbet il-midalja tal-fidda, wara l-Izlanda u qabel Ċipru . Fis-Senior Men’s Doubles, Rylee Borg u Nathan Mifsud ukoll kisbu midalja tal-fidda, wara Ċipru, bl-Iżlanda fit-tielet post.

Fit-28 u 29 ta’ Marzu bi preparazjoni għal Kampjonati Ewropej bl-għan li jiksbu kwalifikazjoni għal-Loghob tal-Commonwealth u l-Logħob tal-Mediterran.