L-attur ċelebri Jason Statham jinsab Malta hekk kif qiegħed jipparteċipa fil-filming tal-film ġdid tal-ġeneru gangster, Viva La Madness, taħt id-direzzjoni ta’ Guy Ritchie – famuż fost oħrajn għal films bħal Aladdin u Sherlock Holmes.
Statham intlemaħ waqt il-ġbid tal-film li qed isir fost oħrajn fil-Belt Valletta, liema film jikludi wkoll l-eks plejer tal-futbol Brittaniku, illum attur, Vinnie Jones.
Rapporti ndikaw li l-filming mistenni jdum madwar ġimgħa.
//= $special ?>

