Abdulaziz Mohammed Alamari Zamzam, li hu Libjan ta’ 32 sena tressaq il-Qorti mixli li kiser ordni ta’ protezzjoni maħruġa favur l-eks-sieħba tiegħu maħruġa biss xahar ilu i naqas milli jħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’erba’ każijiet separati. Dan hekk kifbaqa’ jiffastidja lill-mara permezz ta’ numri differenti u profili foloz fuq il-midja soċjali minkejja li kien fuq ħelsien mill-arrest f’diversi każijiet oħra.Fil-Qorti r-raġel wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-15 ta’ Frar, Zamzam kien ġie mixli li kkawża ġrieħi ħfief lill-eks sieħba tiegħu, heddidha u ffastidjaha permezz ta’ mezzi elettroniċi. Għalkemm il-Qorti kienet ħarġet ordni ta’ protezzjoni dak iż-żmien u tatu l-ħelsien mill-arrest, l-allegata vittma ppreżentat rapport ġdid fil-15 ta’ Marzu.
Matul is-seduta, il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit oġġezzjonat bil-qawwa għat-talba għal ħelsien mill-arrest magħmula mid-difiża.L-Ispettur saħaq li l-akkużat mhuwiex affidabbli u diġà kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu darbtejn matul din is-sena biss.
Mill-banda l-oħra, l-avukat Nicholas Mifsud, li deher għall-akkużat, argumentat li l-klijent tiegħu qed jikkontesta l-arrest.Minkejja l-argumenti tad-difiża, il-prosekuzzjoni kompliet tinsisti li l-imġiba ripetuta tal-akkużat turi nuqqas ta’ rispett lejn l-ordnijiet tal-Qorti. Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.


