Knisja Lokali

Kunċert mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu Balluta

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu Balluta A.D. 1987 ser tippreżenta Concerto d’Angoscia, nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu 2026 fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu talBalluta fis-7.30pm. Il-Banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Nicholas Vella.

Matul il-programm ser tkun qed tindaqq mużika impenjattiva fosthom l-Overture Tannhäuser ta’ Richard Wagner, kif ukoll mużika ta’ Jacob de Haan, Karl Jenkins, Michele Mangani, Ennio
Morricone, Ludwig van Beethoven u aktar.

Bħala solisti ser ikun hemm Edmond Fenech bl-Euphonium, l-Assistent Surmast Mro Omar Coleiro bl-Euphonium, Shezenne Cassar bis-Saxophone Alto u Orlando Pacheco Sosa bi-Clarinet. Dan il-programm qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali San Ġiljan.