Sport

Kundizzjonijiet estremi u temperaturi għolja fl-ewwel stadju tal-Absa Cape Epic

Kundizzjonijiet estremi u temperaturi għolja li kienu mbassra wasslu lill-organizzaturi tal-Absa Cape Epic biex jagħmlu tibdil qabel l-ewwel stadju sħiħ — rotta diffiċli fuq medda ta’ 90 km li bdiet u spiċċat f’Montagu, b’telgħat li jwasslu sa  2,150 metru elevazzjoni fil-Western Cape.

Wara Prologu qasir iżda intensiv li stabbilixxa l-ordni tat-tluq, l-ewwel stadju sħiħ ta l-bidu ta’ sfida b’telgħat twal, partijiet tekniċi u temperaturi għolja. Epic Team Deloitte b’ Mark Bonnici uLuke Borg kienu l-ewwel tim Malti li temm il-korsa, f’ħin ta’ 5 sigħat 09 minuti 46.9 sekondi .

Team Gaudos ta’ Stephen Grima u Brandon Sultana segwew b’5 sigħat 57 minuti 10.2 sekondi, f’korsa li offriet ftit li xejn mistrieħ, b’rotta kompletament off-road li poġġiet pressjoni kontinwa kemm fuq
il-parteċipanti kif ukoll fuq it-tagħmir tagħhom.

L-ewwel stadju tal-Absa Cape Epic wriet kemm se tkun iebsa l-ġimgħa li ġejja — sentimenti li ġew imtennija wkoll minn Etienne Bonello ta’
Team Kalamba Racing b’Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina, li
temmew l-istadju f’ 6 sigħat 10 minuti 45.2 sekondi.

It-tieni stadju tal-Absa Cape Epic jerġa’ jibda u jispiċċa f’Montagu, b’rotta ta’ 102km b’2,250 metru ta’ telgħ at nhar it-Tlieta 17 ta’Marzu. Hekk kif it-tellieqa tkompli tintensifika, il-parteċipanti se jiffaċċjaw ġurnata oħra diffiċli oħra.