Kumpanija ewlenija tal-IGaming weħlet €330,000 f’investigazzjoni interna, wara li inġinier li kien impjegat magħha ammetta għal aċċess mhux awtorizzat għas-“source code” tal-istess kumpanija.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella semgħet li dan il-ksur kien jeħtieġ tim ta’ 14-il persuna jaħdmu lejl u nhar biex jaraw eżatt x’kien ġara lis-sistema, kif ukoll biex ibiddlu l-kredenzjali tal-aċċess tal-impjegati.
L-akkużat se jibqa’ meħlus mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €50,000 u depożitu ta’ €500.
L-identità tiegħu u dik tal-kumpanija huma protetti b’ordni tal-Qorti minħabba s-sensittività tal-każ.
Għall-akkużat deher l-avukat Christian Camilleri, filwaqt li l-Professur Stefano Filletti rrappreżenta lill-kumpanija.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Mauro Cachia mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-ispettur Marcus Cachia.
//= $special ?>

