Il-Federazzjoni Asjatika tal-Futbol insistiet li l-Iran se tipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja tal-2026 minkejja t-twissija reċenti tal-President Amerikan Donald Trump. Il-kunflitt bejn l-Istati Uniti, l-Iżrael u l-Iran għadu ma juri l-ebda sinjal ta’ ftehim għall-paċi.
Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, kien qal li l-Iran tkun milqugħa fit-turnament fl-Istati Uniti, il-Kanada u l-Messiku, iżda Trump sostna li ma jkunx “xieraq” li l-Iranjani jipparteċipaw minħabba s-sigurtà tagħhom. Il-Ministru Iranjan tal-Isport, Ahmad Donyamali, kien indika li l-pajjiż ma kellux il-possibbiltà li jivvjaġġa wara l-qtil tal-mexxej suprem Ayatollah Ali Khamenei f’attakk mill-ajru.
Madankollu, Windsor John, kap tal-Federazzjoni Asjatika, qal li l-Iran għadha mistennija tipparteċipa u li l-federazzjoni tagħhom kkonfermat l-intenzjoni li tattendi.
//= $special ?>

